Malta jirnexxielha tkun l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea li kiseb arranġament mal-Kummissjoni Ewropea dwar Kaċċa fir-Rebbiegħa. Hu ftehim li jispeċifika l-ammonti ta' gamiem u summien li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa u li jpoġġi obbligi u responsabbiltajiet fuq il-kaċċaturi.
aqra aktar >>
It-Tnejn, 28 ta’ Marzu 2011
Arranġament mal-Kummissjoni Ewropea dwar Kaċċa fir-Rebbiegħa
Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu 2011
Il-poplu Libjan għandu jsib soluzzjonijiet mingħajr theddid
In-No-Fly Zone imposta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti qed ikollhom effett kruċjali fuq il-kunflitt fil-Libja. Dan sostnieh il-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt intervent fil-programm "Fokus 101".
aqra aktar >>
Is-Sibt, 26 ta’ Marzu 2011
Malta bi tkabbir ekonomiku ta' 3.7%
Matul is-sena li għaddiet, Malta kellha tkabbir ekonomiku reali ta' 3.7%, u dan ifisser il-ħolqien ta' aktar xogħol u xogħol aħjar f'setturi differenti tal-ekonomija tal-pajjiż.
aqra aktar >>
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu 2011
Jintlaħaq qbil dwar il-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropea
It-tieni jum ta' diskussjonijiet fis-Summit ta' jumejn tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea fi Brussel beda dalgħodu għall-ħabta tal-11:00am, bil-laqgħa tikkonċentra l-aktar dwar id-diżastru li mess lill-Ġappun fl-aħħar jiem. Fis-sigħat li ġejjin, il-Mexxejja tas-27 pajjiż membru mistennija wkoll jadottaw il-konklużjonijiet ta' dan il-Kunsill Ewropew.
aqra aktar >>
Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2011
Diskussjonijiet li jwasslu għal miri ambizzjużi b'rabta mal-ħolqien tax-xogħol
Il-Patt dwar l-Ewro, li dwaru f'dawn il-jumejn qed jiltaqgħu l-Mexxejja tas-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea f'Summit bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fi Brussel, hu mportanti ħafna għal Malta għax hu ftehim li jfisser miri ambizzjużi biex pajjiżi, fosthom Malta, jsiru aktar kompetittivi biex joħolqu aktar postijiet tax-xogħol. Anke pajjiżi li m'humiex membri taż-Żona Ewro bħalissa qed jingħaqdu f'diskussjonijiet mal-pajjiżi li jużaw il-munita Ewropea biex huma wkoll jissieħbu f'dan il-Patt.
aqra aktar >>
L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 2011
Malta qed timplimenta r-Riżoluzzjoni tan-NU b'mod sħiħ
Malta qed timplimenta r-Riżoluzzjoni 1973 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-konfront tal-Libja b'mod sħiħ, mingħajr ma ttellef xejn fl-implimentazzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni.
aqra aktar >>
It-Tnejn, 21 ta’ Marzu 2011
"Il-poplu Libjan ħaqqu bidu ġdid"
Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta kien qed jagħmel Stqarrija Ministerjali fil-Parlament biex jaġġorna lill-Membri Parlamentari dwar dak kollu li ħareg mis-Summit tal-Mexxejja Ewropej li sar il-ġimgħa li għaddiet. Hu qal li "il-Gvern qed jaħdem b'impenn sħiħ u b'determinazzjoni biex il-kriżi fil-Libja twassal għal bidu ġdid għal-Libjani, li minnu jgawdi l-poplu ġar tagħna".
aqra aktar >>
Il-Prim Ministru Ingliż jerġa' ifaħħar lill-PM Lawrence Gonzi
Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, għat-tieni darba f'inqas minn xahar irringrazzja u faħħar lill-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi għas-sehem tiegħu biex ġew evakwati mill-Libja numru kbir ta' ċittadini Ingliżi.
David Cameron faħħar ukoll lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi għad-deċiżjonijiet serji u għaqlin li ħa u qed jieħu quddiem it-tensjoni li hemm fid-dinja Għarbija, speċjalment fil-Libja. Hu ħabbar li l-Prim Ministru Malti se jżur l-Ingilterra fl-10 ta' Mejju li ġej.
Aqra l-ittra >>
Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu 2011
Żjara lill-għaqdiet ta' Santa Venera
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mas-Sinjura Kate Gonzi, il-Ħadd filgħodu żaru l-għaqdiet fil-lokalità ta' Santa Venera fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ddedikata lill-Volontarjat.
aqra aktar >>