Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu 2011

Iċ-Ċina tirringrazzja lill-poplu Malti

Il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniża Fu Ying, fi żjara ta' kortezija li għamlet lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, irringrazzjat lill-poplu Malti għall-ħidma umanitarja tiegħu, li permezz tagħha ġew evakwati aktar minn 1,000 ħaddiem Ċiniż mil-Libja.

aqra aktar >>

"Malta mhux se sservi ta' bażi militari u se tkompli tiżgura s-sigurtà tal-poplu Malti"

Ara:
Il-Prim Ministru jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Libja

L-Erbgħa, 16 ta’ Marzu 2011

Ittra oħra ta' ringrazzjament għall-mod kif tmexxew l-evakwazzjonijiet mil-Libja

Ikomplu deħlin l-ittri ta' ringrazzjament lill-Gvern Malti minn Gvernijiet u organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja, għas-sehem importanti li pajjiżna kellu fl-evakwazzjonijiet ta' ċittadini mil-Libja.

aqra aktar >>

Pass ta' maturità wara vot ħieles - Lawrence Gonzi

Il-Gvern u l-PN minn dejjem kienu konsistenti favur li l-kwistjoni tad-divorzju tiġi deċiża mill-poplu b'referendum. Fil-vot, il-Parlament approva l-proposta tal-Gvern li r-referendum isir fit-28 ta' Mejju, wara li kien il-Prim Ministru stess li ssekonda l-emenda li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar id-data.

Ara wkoll:
Il-Prim Ministru jindirizza lill-ġurnalisti

aqra aktar >>

It-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2011

Il-vot ħieles dwar il-mistoqsija tar-referendum jgħabbi b'responsabbiltà kbira l-kuxjenza ta' kull Deputat

Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament fid-diskussjoni dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq ir-Referendum għad-dħul tad-divorzju f'pajjiżna, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li l-free vote li hu u l-Partit Nazzjonalista kellhom il-kuraġġ jagħtu lil kull Deputat jgħabbi bir-responsabbiltà l-kuxjenza tad-Deputati kollha.

Ara wkoll:
Il-Prim Ministru fil-Parlament - dwar ir-Referendum għad-Dħul tad-Divorzju


aqra aktar >>