Il-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011

Night Shelter għall-Anzjani fil-Mellieħa fil-qrib

Il-Gvern qed jaħdem biex fil-qrib jiftaħ ċentru Night Shelter fil-Mellieħa wara li ftit xhur ilu fetaħ ċentru simili fiż-Żejtun li ntlaqa' tajjeb mill-anzjani li jużawh. In-Night Shelter hu servizz ġdid mogħti mill-Gvern lill-anzjani li qed jagħtihom wens hekk kif filwaqt li filgħodu l-anzjani jgħixu f'darhom, filgħaxija jippreferu ma joqgħodux weħidhom.

aqra aktar >>

Il-Ħamis, 17 ta’ Frar 2011

Il-PM jipproponi referendum dwar id-divorzju għat-28 ta' Mejju

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ppropona li r-referendum dwar l-introduzzjoni tad-divorzju jsir fit-28 ta' Mejju li ġej. Din id-data ġiet proposta mill-Prim Ministru f'ittra mibgħuta lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.

aqra aktar >>

aqra l-ittra >>

Il-Ħadd, 13 ta’ Frar 2011

Hu l-PN li jrid referendum dwar id-divorzju

Il-proposta ta' liġi dwar id-divorzju għandha tkun trattata bħal kull proposta ta' liġi oħra b'rispett sħiħ lejn l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż u l-mandat elettorali mill-poplu. Sostna dan il-Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi meta l-Ħadd indirizza laqgħa ta' djalogu fl-Uffiċċju tal-PN f'San Pawl il-Baħar.

aqra aktar >>