It-Tnejn, 28 ta’ Marzu 2011

Arranġament mal-Kummissjoni Ewropea dwar Kaċċa fir-Rebbiegħa

Malta jirnexxielha tkun l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea li kiseb arranġament mal-Kummissjoni Ewropea dwar Kaċċa fir-Rebbiegħa. Hu ftehim li jispeċifika l-ammonti ta' gamiem u summien li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa u li jpoġġi obbligi u responsabbiltajiet fuq il-kaċċaturi.

aqra aktar >>

Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu 2011

Il-poplu Libjan għandu jsib soluzzjonijiet mingħajr theddid

In-No-Fly Zone imposta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti qed ikollhom effett kruċjali fuq il-kunflitt fil-Libja. Dan sostnieh il-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt intervent fil-programm "Fokus 101".

aqra aktar >>

Is-Sibt, 26 ta’ Marzu 2011

Malta bi tkabbir ekonomiku ta' 3.7%

Matul is-sena li għaddiet, Malta kellha tkabbir ekonomiku reali ta' 3.7%, u dan ifisser il-ħolqien ta' aktar xogħol u xogħol aħjar f'setturi differenti tal-ekonomija tal-pajjiż.

aqra aktar >>

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu 2011

Jintlaħaq qbil dwar il-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropea

It-tieni jum ta' diskussjonijiet fis-Summit ta' jumejn tal-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea fi Brussel beda dalgħodu għall-ħabta tal-11:00am, bil-laqgħa tikkonċentra l-aktar dwar id-diżastru li mess lill-Ġappun fl-aħħar jiem. Fis-sigħat li ġejjin, il-Mexxejja tas-27 pajjiż membru mistennija wkoll jadottaw il-konklużjonijiet ta' dan il-Kunsill Ewropew.

aqra aktar >>

Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2011

Diskussjonijiet li jwasslu għal miri ambizzjużi b'rabta mal-ħolqien tax-xogħol

Il-Patt dwar l-Ewro, li dwaru f'dawn il-jumejn qed jiltaqgħu l-Mexxejja tas-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea f'Summit bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fi Brussel, hu mportanti ħafna għal Malta għax hu ftehim li jfisser miri ambizzjużi biex pajjiżi, fosthom Malta, jsiru aktar kompetittivi biex joħolqu aktar postijiet tax-xogħol. Anke pajjiżi li m'humiex membri taż-Żona Ewro bħalissa qed jingħaqdu f'diskussjonijiet mal-pajjiżi li jużaw il-munita Ewropea biex huma wkoll jissieħbu f'dan il-Patt.

aqra aktar >>

L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 2011

Malta qed timplimenta r-Riżoluzzjoni tan-NU b'mod sħiħ

Malta qed timplimenta r-Riżoluzzjoni 1973 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-konfront tal-Libja b'mod sħiħ, mingħajr ma ttellef xejn fl-implimentazzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni.

aqra aktar >>

It-Tnejn, 21 ta’ Marzu 2011

"Il-poplu Libjan ħaqqu bidu ġdid"

Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta kien qed jagħmel Stqarrija Ministerjali fil-Parlament biex jaġġorna lill-Membri Parlamentari dwar dak kollu li ħareg mis-Summit tal-Mexxejja Ewropej li sar il-ġimgħa li għaddiet. Hu qal li "il-Gvern qed jaħdem b'impenn sħiħ u b'determinazzjoni biex il-kriżi fil-Libja twassal għal bidu ġdid għal-Libjani, li minnu jgawdi l-poplu ġar tagħna".

aqra aktar >>

Il-Prim Ministru Ingliż jerġa' ifaħħar lill-PM Lawrence Gonzi

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, għat-tieni darba f'inqas minn xahar irringrazzja u faħħar lill-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi għas-sehem tiegħu biex ġew evakwati mill-Libja numru kbir ta' ċittadini Ingliżi.

David Cameron faħħar ukoll lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi għad-deċiżjonijiet serji u għaqlin li ħa u qed jieħu quddiem it-tensjoni li hemm fid-dinja Għarbija, speċjalment fil-Libja. Hu ħabbar li l-Prim Ministru Malti se jżur l-Ingilterra fl-10 ta' Mejju li ġej.

Aqra l-ittra >>

Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu 2011

Żjara lill-għaqdiet ta' Santa Venera

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mas-Sinjura Kate Gonzi, il-Ħadd filgħodu żaru l-għaqdiet fil-lokalità ta' Santa Venera fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ddedikata lill-Volontarjat.

aqra aktar >>

"Malta dejjem rat l-interess tal-poplu Malti u hekk se tibqa' tagħmel"

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ddikjara li Malta qed tagħti s-sehem sħiħ tagħha skont ir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, iżda mhux lesta sservi bħala bażi militari, ħlief jekk ikun hemm xi raġunijiet speċjali li jiġġustifikaw li jsir hekk.

aqra aktar >>

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu 2011

Iċ-Ċina tirringrazzja lill-poplu Malti

Il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniża Fu Ying, fi żjara ta' kortezija li għamlet lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, irringrazzjat lill-poplu Malti għall-ħidma umanitarja tiegħu, li permezz tagħha ġew evakwati aktar minn 1,000 ħaddiem Ċiniż mil-Libja.

aqra aktar >>

"Malta mhux se sservi ta' bażi militari u se tkompli tiżgura s-sigurtà tal-poplu Malti"

Ara:
Il-Prim Ministru jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Libja

L-Erbgħa, 16 ta’ Marzu 2011

Ittra oħra ta' ringrazzjament għall-mod kif tmexxew l-evakwazzjonijiet mil-Libja

Ikomplu deħlin l-ittri ta' ringrazzjament lill-Gvern Malti minn Gvernijiet u organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja, għas-sehem importanti li pajjiżna kellu fl-evakwazzjonijiet ta' ċittadini mil-Libja.

aqra aktar >>

Pass ta' maturità wara vot ħieles - Lawrence Gonzi

Il-Gvern u l-PN minn dejjem kienu konsistenti favur li l-kwistjoni tad-divorzju tiġi deċiża mill-poplu b'referendum. Fil-vot, il-Parlament approva l-proposta tal-Gvern li r-referendum isir fit-28 ta' Mejju, wara li kien il-Prim Ministru stess li ssekonda l-emenda li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar id-data.

Ara wkoll:
Il-Prim Ministru jindirizza lill-ġurnalisti

aqra aktar >>

It-Tlieta, 15 ta’ Marzu 2011

Il-vot ħieles dwar il-mistoqsija tar-referendum jgħabbi b'responsabbiltà kbira l-kuxjenza ta' kull Deputat

Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament fid-diskussjoni dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq ir-Referendum għad-dħul tad-divorzju f'pajjiżna, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li l-free vote li hu u l-Partit Nazzjonalista kellhom il-kuraġġ jagħtu lil kull Deputat jgħabbi bir-responsabbiltà l-kuxjenza tad-Deputati kollha.

Ara wkoll:
Il-Prim Ministru fil-Parlament - dwar ir-Referendum għad-Dħul tad-Divorzju


aqra aktar >>

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu 2011

Il-PM jibqa' sod li ma jorbotx il-ħelsien tat-tliet morini Olandiżi mal-każ taż-żewġ ajruplani Mirage

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi rrifjuta li jibgħat lura ż-żewġ ajruplani Mirage lura l-Libja. Dan wara li l-Gvern Libjan talab bex dawn jintbagħtu lura b'tibdil mal-ħelsien tat-tliet morini Olandiżi li kienu maqbuda fil-Libja.

Isma dak li qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar dan il-każ >>

Appell biex il-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament

Jekk il-poplu irid il-bidla, din il-bidla għandha sseħħ. Dan kien l-appell tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi bit-tama li l-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament u l-Gvern Libjan jirrealizza u jirrispetta l-opinjoni libera u demokratika tal-poplu Libjan.

Il-Prim Ministru Malti fisser din il-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt laqgħa privata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso tard il-bieraħ filgħaxija, hekk kif wasal Brussell għas-Summit Straordinarju tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.

L-Erbgħa, 9 ta’ Marzu 2011

Il-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament

Il-Gvern Malti qed jinsisti li l-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament. Dan ħareġ minn laqgħa mhux mistennija ma' Sotto-Segretarju Libjan, li wasal Malta bla mistenni abbord ajruplan tal-Gvern Libjan.

Fil-laqgħa li s-Sotto-Segretarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali Mohammed Siyala kellu mal-Prim Ministru, Lawrence Gonzi reġa' tenna l-pożizzjoni ċara tal-Gvern Malti kontra l-vjolenza li qed iseħħ fil-pajjiż.

Ringrazzjament personali għall-ħidma fl-aħħar jiem

Fi żjara fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ltaqa' ma' numru ta' ħaddiema, li fil-jiem li għaddew kienu nvoluti fil-ħidma ta' evakwazzjoni ta' persuni ta' nazzjonalitajiet differenti mil-Libja lejn pajjiżi oħrajn, b'rikonoxximent u ringrazzjament personali għall-ħidma li twettqet.

Sadanittant, minkejja dak kollu li kien għaddej b'rabta mal-Libja, it-titjiriet skedati lejn pajjiżi oħrajn komplew għaddejjin b'mod normali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

(Sors: MaltaRightNow.com)

It-Tlieta, 8 ta’ Marzu 2011

Tliet snin mir-rebħa elettorali għall-PN

Fit-8 ta' Marzu 2008 il-poplu Malti reġa' għażel lill-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni ġenerali li fiha tah il-fiduċja tiegħu biex ikompli jmexxi lill-pajjiż b'rebħa storika. Qatt qabel, fl-istorja politika ta' Malta, ma kien hawn partit li kiseb tliet rebħiet elettorali konsekuttivi b'maġġoranza ta' voti.

aqra aktar >>

It-Tnejn, 7 ta’ Marzu 2011

Malta determinata u soda fil-ħidma umanitarja

Malta se tibqa' determinata u soda fl-għajnuna umanitarja li qed tagħti lill-eluf ta' persuni li jeħtieġu l-għajnuna, f'dan il-mument ta' instabbiltà politika fil-pajjiżi Għarab.

aqra aktar >>

Is-Sibt, 5 ta’ Marzu 2011

Diskussa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiżi membri

Fil-kapitali Fillandiża Helsinki saret laqgħa urġenti tal-Partit Popolari Ewropew, li ġabet flimkien diversi Mexxejja Ewropej u Kapijiet ta' Partiti minn madwar l-Ewropa kollha, li ddiskutew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiżi membri.

aqra aktar >>

It-Tlieta, 1 ta’ Marzu 2011

Il-komunità internazzjonali tfaħħar lil Malta u l-ħidma tal-Gvern


Minn BondiPlus - 1 ta' Marzu, 2011


Mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew - 28 ta' Frar, 2011

It-Tnejn, 28 ta’ Frar 2011

Malta lesta tagħti sehemha biex ma jsirx ġenoċidju fil-Libja

Waqt il-programm Bondiplus, fuq il-PBS, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li "Quddiem il-vjolenza u l-ġenocidju fil-Libja, Malta ma tistax tibqa' siekta u ma tagħmel xejn", meta kien mistoqsi x'deċiżjoni jieħu jekk in-Nazzjonijiet Uniti tkun tirrikjedi sehem akbar minn Malta.

aqra aktar >>

Il-PM Ingliż David Cameron ifaħħar il-ħidma tal-PM Lawrence Gonzi


Il-Ħadd, 27 ta’ Frar 2011

It-tmiem tat-tmexxija ta' Gaddafi hu inevitabbli

Bil-qagħda kif qed tiżviluppa fil-Libja, ma jistax ikun evitat aktar it-tmiem tat-tmexxija ta' Muammar Gaddafi f'dak il-pajjiż. Ir-reġjun tagħna dieħel f'qagħda kritika li jista' jkun li tiggrava fil-ġranet li ġejjin. Meħtieġa tweġiba dinjija u Ewropea għall-bżonnijiet umanitarji kbar tal-poplu Libjan fil-ġranet li ġejjin f'ikel, mediċini u ħtiġiet bażiċi ħalli ma jkunx hemm mases ta' migrazzjoni.



Żjara fiċ-Ċentru mwaqqaf apposta mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin



ara aktar >>

Żjara fil-Port il-Kbir: laqgħa mat-tim mediku mal-wasla ta' aktar minn 1,800 persuna li evakwat mil-Libja




ara aktar >>

Is-Sibt, 26 ta’ Frar 2011

Il-Gvern Ċiniż jirringrazzja lill-Prim Ministru għall-intervent fil-pront

Il-Prim Ministru Ċiniż Wen Jiabao, f'isem il-Gvern u l-poplu Ċiniż, irringrazzja lill-Gvern Malti għall-għajnuna tiegħu waqt l-evakwazzjoni ta' ċittadini Ċiniżi mil-Libja.

aqra aktar >>

Imħassra l-attivitajiet tal-PN għall-Ħadd filgħodu

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi iddeċieda li jħassar l-attivitajiet u d-djalogu li kellu għada fil-għodu fil-Marsa.

Lawrence Gonzi ħa din id-deċiżjoni biex jibqa' ffukat fuq il-ħidma li għaddejja ħalli iżjed Maltin jinġiebu lura f'pajjiżna, u fuq l-arranġamenti li qed isiru biex ċittadini ta' nazzjonalitajiet differenti jiġu Malta mil-Libja u jingħaqdu mal-familji tagħhom f'pajjiżhom.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-kundanna tiegħu għall-vjolenza fuq il-poplu Libjan u jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dan il-poplu.

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Frar 2011

Posposta ż-żjara fil-Lvant Nofsani

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ddeċieda li jipposponi ż-żjara li kellu jagħmel il-ġimgħa d-dieħla f'Iżrael u t-Territorji Palestinjani.

aqra aktar >>

It-Tnejn, 21 ta’ Frar 2011

Il-Prim Ministru f'laqgħa ma' investituri li għandhom investiment fil-Libja

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kellu laqgħa ma' numru ta' investituti Maltin li għandhom investiment fil-Libja f'Kastilja. Magħhom iddiskuta s-sitwazzjoni preżenti u x'jista' jsir.

aqra aktar >>

Rikonoxximent tas-suċċess miksub mill-qaddief Thomas Cremona

L-esperjenza tal-qaddief Malti Thomas Cremona, li qasam l-Atlantiku fuq dgħajsa f'ħin rekord flimkien ma' ħames qaddiefa, kienu rikonoxxuti f'isem il-poplu Malti mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi li laqa' lil Thomas Cremona fil-Berġa ta' Kastilja.

aqra aktar >>

Il-Ħadd, 20 ta’ Frar 2011

Matul it-tliet snin li għaddew 19,000 bdew jaħdmu f'impjieg full time għall-ewwel darba

Matul it-tliet snin li għaddew kważi 19,000 ruħ bdew jaħdmu f'impjieg full-time għall-ewwel darba u fost dawn kien hemm studenti li spiċċaw mill-Universita' u mill-MCAST kif ukoll nisa. Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal dan waqt djalogu fl-Uffiċċju tal-PN f'Ħ'Attard.

aqra aktar >>

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2011

Night Shelter għall-Anzjani fil-Mellieħa fil-qrib

Il-Gvern qed jaħdem biex fil-qrib jiftaħ ċentru Night Shelter fil-Mellieħa wara li ftit xhur ilu fetaħ ċentru simili fiż-Żejtun li ntlaqa' tajjeb mill-anzjani li jużawh. In-Night Shelter hu servizz ġdid mogħti mill-Gvern lill-anzjani li qed jagħtihom wens hekk kif filwaqt li filgħodu l-anzjani jgħixu f'darhom, filgħaxija jippreferu ma joqgħodux weħidhom.

aqra aktar >>

Il-Ħamis, 17 ta’ Frar 2011

Il-PM jipproponi referendum dwar id-divorzju għat-28 ta' Mejju

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ppropona li r-referendum dwar l-introduzzjoni tad-divorzju jsir fit-28 ta' Mejju li ġej. Din id-data ġiet proposta mill-Prim Ministru f'ittra mibgħuta lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.

aqra aktar >>

aqra l-ittra >>

Il-Ħadd, 13 ta’ Frar 2011

Hu l-PN li jrid referendum dwar id-divorzju

Il-proposta ta' liġi dwar id-divorzju għandha tkun trattata bħal kull proposta ta' liġi oħra b'rispett sħiħ lejn l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż u l-mandat elettorali mill-poplu. Sostna dan il-Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi meta l-Ħadd indirizza laqgħa ta' djalogu fl-Uffiċċju tal-PN f'San Pawl il-Baħar.

aqra aktar >>

Is-Sibt, 12 ta’ Frar 2011

Il-pittur Alfred Chircop jippreżenta biċċa tal-arti

Il-pittur Alfred Chircop ippreżenta b'donazzjoni biċċa tal-arti lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, bħala ringrazzjament lill-Partit Nazzjonalista għall-organizzazzjoni tal-wirja tal-arti li saret fid-Dar Ċentrali bejn Novembru u Jannar li għadda.

aqra aktar >>

It-Tlieta, 8 ta’ Frar 2011

Pjan biex il-kura tal-kanċer tkun priorità nazzjonali

Waqt li kien qed jiftaħ Konferenza Nazzjonali dwar il-Kanċer, li fiha tnieda l-Pjan Nazzjonali għal-Kura tal-Kanċer, il-Prim Minsitru Lawrence Gonzi qal li dan il-Pjan juri d-determinazzjoni tal-Gvern biex il-kura tal-kanċer tkun priorità nazzjonali.

aqra aktar >>

Il-Ħadd, 6 ta’ Frar 2011

Pajjiżna qiegħed joħloq ix-xogħol u xogħol aħjar

Pajjiżna qed joħloq ix-xogħol u xogħol aħjar u qed ikompli jattira l-investiment tant li l-eluf ta' studenti li jispiċċaw mill-Universita' u mill-MCAST u oħrajn li jispiċċaw mill-iskola qed isibu xogħol u xogħol aħjar. Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal dan waqt djalogu fl-Uffiċċju tal-PN f'Birkirkara.

aqra aktar >>

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar 2011

Is-soluzzjoni għall-għoli tal-prezzijiet tal-enerġija hija l-għajnuna lil min hu verament fil-bżonn

Is-soluzzjoni għall-għoli tal-prezzijiet tal-enerġija mhux is-sussidju iżda għajnuna mmirata fejn hemm verament bżonnha. Hemm baħar jaqsam bejn iż-żewġ partiti fejn jidħol is-sussidji. Dan qalu l-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi meta nhar il-Ħadd tkellem waqt laqgħa tad-djalogu fl-uffiċċju tal-PN taż-Żejtun.

aqra aktar >>

Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2011

Impenn biex anke f'Għawdex ikompli jinħoloq ix-xogħol

Il-Gvern ħadem bla heda biex isalva l-postijiet tax-xogħol u rnexxielu. Huma ħafna dawk il-miżżewwġin u l-għarajjes li baqgħu jaħdmu. Madankollu rridu nkomplu naħdmu mhux biss f'Malta, iżda anke f'Għawdex, biex jinħoloq aktar xogħol.

aqra aktar >>

It-Tlieta, 25 ta’ Jannar 2011

FEATURE: Iż-żjara tal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek f'Malta

  • Jerzy Buzek feraħ lil PM għal mod kif Malta irnexxilha tikseb l-aħjar opportunitajiet mill-UE
    aqra aktar >>

Segwi l-filmat:
Lawrence Gonzi: il-PM mal-Mexxejja Dinjija
Jerzy Buzek - Jannar 2011

Il-Ħadd, 23 ta’ Jannar 2011

L-ekonomija Maltija sejra tajjeb, qed jinħolqu l-impjiegi u jonqos il-qgħad

Malta kienet wieħed minn 3 pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li rnexxielha tnaqqs id-deficit għal taħt it-3.8 fil-mija u b'hekk il-Kummissjoni Ewropea mhix se tkompli tieħu proċeduri fil-każ ta' Malta.

aqra aktar >>