Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu 2011

Appell biex il-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament

Jekk il-poplu irid il-bidla, din il-bidla għandha sseħħ. Dan kien l-appell tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi bit-tama li l-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament u l-Gvern Libjan jirrealizza u jirrispetta l-opinjoni libera u demokratika tal-poplu Libjan.

Il-Prim Ministru Malti fisser din il-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt laqgħa privata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso tard il-bieraħ filgħaxija, hekk kif wasal Brussell għas-Summit Straordinarju tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.