L-Erbgħa, 9 ta’ Marzu 2011

Il-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament

Il-Gvern Malti qed jinsisti li l-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament. Dan ħareġ minn laqgħa mhux mistennija ma' Sotto-Segretarju Libjan, li wasal Malta bla mistenni abbord ajruplan tal-Gvern Libjan.

Fil-laqgħa li s-Sotto-Segretarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali Mohammed Siyala kellu mal-Prim Ministru, Lawrence Gonzi reġa' tenna l-pożizzjoni ċara tal-Gvern Malti kontra l-vjolenza li qed iseħħ fil-pajjiż.