Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu 2011

Il-PM jibqa' sod li ma jorbotx il-ħelsien tat-tliet morini Olandiżi mal-każ taż-żewġ ajruplani Mirage

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi rrifjuta li jibgħat lura ż-żewġ ajruplani Mirage lura l-Libja. Dan wara li l-Gvern Libjan talab bex dawn jintbagħtu lura b'tibdil mal-ħelsien tat-tliet morini Olandiżi li kienu maqbuda fil-Libja.

Isma dak li qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar dan il-każ >>

Appell biex il-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament

Jekk il-poplu irid il-bidla, din il-bidla għandha sseħħ. Dan kien l-appell tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi bit-tama li l-vjolenza fil-Libja tieqaf immedjatament u l-Gvern Libjan jirrealizza u jirrispetta l-opinjoni libera u demokratika tal-poplu Libjan.

Il-Prim Ministru Malti fisser din il-pożizzjoni tal-Gvern Malti waqt laqgħa privata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso tard il-bieraħ filgħaxija, hekk kif wasal Brussell għas-Summit Straordinarju tal-UE dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.

L-Erbgħa, 9 ta’ Marzu 2011

Il-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament

Il-Gvern Malti qed jinsisti li l-vjolenza fil-Libja għandha tieqaf immedjatament. Dan ħareġ minn laqgħa mhux mistennija ma' Sotto-Segretarju Libjan, li wasal Malta bla mistenni abbord ajruplan tal-Gvern Libjan.

Fil-laqgħa li s-Sotto-Segretarju għall-Koperazzjoni Internazzjonali Mohammed Siyala kellu mal-Prim Ministru, Lawrence Gonzi reġa' tenna l-pożizzjoni ċara tal-Gvern Malti kontra l-vjolenza li qed iseħħ fil-pajjiż.

Ringrazzjament personali għall-ħidma fl-aħħar jiem

Fi żjara fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ltaqa' ma' numru ta' ħaddiema, li fil-jiem li għaddew kienu nvoluti fil-ħidma ta' evakwazzjoni ta' persuni ta' nazzjonalitajiet differenti mil-Libja lejn pajjiżi oħrajn, b'rikonoxximent u ringrazzjament personali għall-ħidma li twettqet.

Sadanittant, minkejja dak kollu li kien għaddej b'rabta mal-Libja, it-titjiriet skedati lejn pajjiżi oħrajn komplew għaddejjin b'mod normali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

(Sors: MaltaRightNow.com)

It-Tlieta, 8 ta’ Marzu 2011

Tliet snin mir-rebħa elettorali għall-PN

Fit-8 ta' Marzu 2008 il-poplu Malti reġa' għażel lill-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni ġenerali li fiha tah il-fiduċja tiegħu biex ikompli jmexxi lill-pajjiż b'rebħa storika. Qatt qabel, fl-istorja politika ta' Malta, ma kien hawn partit li kiseb tliet rebħiet elettorali konsekuttivi b'maġġoranza ta' voti.

aqra aktar >>

It-Tnejn, 7 ta’ Marzu 2011

Malta determinata u soda fil-ħidma umanitarja

Malta se tibqa' determinata u soda fl-għajnuna umanitarja li qed tagħti lill-eluf ta' persuni li jeħtieġu l-għajnuna, f'dan il-mument ta' instabbiltà politika fil-pajjiżi Għarab.

aqra aktar >>