Is-Sibt, 26 ta’ Frar 2011

Il-Gvern Ċiniż jirringrazzja lill-Prim Ministru għall-intervent fil-pront

Il-Prim Ministru Ċiniż Wen Jiabao, f'isem il-Gvern u l-poplu Ċiniż, irringrazzja lill-Gvern Malti għall-għajnuna tiegħu waqt l-evakwazzjoni ta' ċittadini Ċiniżi mil-Libja.

aqra aktar >>

Imħassra l-attivitajiet tal-PN għall-Ħadd filgħodu

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi iddeċieda li jħassar l-attivitajiet u d-djalogu li kellu għada fil-għodu fil-Marsa.

Lawrence Gonzi ħa din id-deċiżjoni biex jibqa' ffukat fuq il-ħidma li għaddejja ħalli iżjed Maltin jinġiebu lura f'pajjiżna, u fuq l-arranġamenti li qed isiru biex ċittadini ta' nazzjonalitajiet differenti jiġu Malta mil-Libja u jingħaqdu mal-familji tagħhom f'pajjiżhom.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-kundanna tiegħu għall-vjolenza fuq il-poplu Libjan u jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dan il-poplu.

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Frar 2011

Posposta ż-żjara fil-Lvant Nofsani

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ddeċieda li jipposponi ż-żjara li kellu jagħmel il-ġimgħa d-dieħla f'Iżrael u t-Territorji Palestinjani.

aqra aktar >>

It-Tnejn, 21 ta’ Frar 2011

Il-Prim Ministru f'laqgħa ma' investituri li għandhom investiment fil-Libja

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kellu laqgħa ma' numru ta' investituti Maltin li għandhom investiment fil-Libja f'Kastilja. Magħhom iddiskuta s-sitwazzjoni preżenti u x'jista' jsir.

aqra aktar >>

Rikonoxximent tas-suċċess miksub mill-qaddief Thomas Cremona

L-esperjenza tal-qaddief Malti Thomas Cremona, li qasam l-Atlantiku fuq dgħajsa f'ħin rekord flimkien ma' ħames qaddiefa, kienu rikonoxxuti f'isem il-poplu Malti mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi li laqa' lil Thomas Cremona fil-Berġa ta' Kastilja.

aqra aktar >>

Il-Ħadd, 20 ta’ Frar 2011

Matul it-tliet snin li għaddew 19,000 bdew jaħdmu f'impjieg full time għall-ewwel darba

Matul it-tliet snin li għaddew kważi 19,000 ruħ bdew jaħdmu f'impjieg full-time għall-ewwel darba u fost dawn kien hemm studenti li spiċċaw mill-Universita' u mill-MCAST kif ukoll nisa. Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi qal dan waqt djalogu fl-Uffiċċju tal-PN f'Ħ'Attard.

aqra aktar >>