Is-Sibt, 26 ta’ Frar 2011

Imħassra l-attivitajiet tal-PN għall-Ħadd filgħodu

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi iddeċieda li jħassar l-attivitajiet u d-djalogu li kellu għada fil-għodu fil-Marsa.

Lawrence Gonzi ħa din id-deċiżjoni biex jibqa' ffukat fuq il-ħidma li għaddejja ħalli iżjed Maltin jinġiebu lura f'pajjiżna, u fuq l-arranġamenti li qed isiru biex ċittadini ta' nazzjonalitajiet differenti jiġu Malta mil-Libja u jingħaqdu mal-familji tagħhom f'pajjiżhom.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-kundanna tiegħu għall-vjolenza fuq il-poplu Libjan u jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dan il-poplu.