It-Tnejn, 21 ta’ Marzu 2011

Il-Prim Ministru Ingliż jerġa' ifaħħar lill-PM Lawrence Gonzi

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, għat-tieni darba f'inqas minn xahar irringrazzja u faħħar lill-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi għas-sehem tiegħu biex ġew evakwati mill-Libja numru kbir ta' ċittadini Ingliżi.

David Cameron faħħar ukoll lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi għad-deċiżjonijiet serji u għaqlin li ħa u qed jieħu quddiem it-tensjoni li hemm fid-dinja Għarbija, speċjalment fil-Libja. Hu ħabbar li l-Prim Ministru Malti se jżur l-Ingilterra fl-10 ta' Mejju li ġej.

Aqra l-ittra >>