Il-Ħadd, 27 ta’ Frar 2011

It-tmiem tat-tmexxija ta' Gaddafi hu inevitabbli

Bil-qagħda kif qed tiżviluppa fil-Libja, ma jistax ikun evitat aktar it-tmiem tat-tmexxija ta' Muammar Gaddafi f'dak il-pajjiż. Ir-reġjun tagħna dieħel f'qagħda kritika li jista' jkun li tiggrava fil-ġranet li ġejjin. Meħtieġa tweġiba dinjija u Ewropea għall-bżonnijiet umanitarji kbar tal-poplu Libjan fil-ġranet li ġejjin f'ikel, mediċini u ħtiġiet bażiċi ħalli ma jkunx hemm mases ta' migrazzjoni.